Domenique Azzopardi hija r-rebbieħa tal-ħames edizzjoni tas-Summer Hit Song Contest. Is-serata finali ttellgħet nhar it-Tlieta 23 ta' Settembru fit-teatru The Dome is-Seabank Hotel il-Mellieħa bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet ta' tmiem l-iskeda tas-Sajf ta' F Living Channel.

Deo Grech ippreżenta s-serata finali filwaqt li Natius Farrugia ħa ħsieb l-intervisti fil-Green Room. Kollox mexa ħarir waqt is-serata finali hekk kif it-tim tal-produzzjoni dis-sena kien jinkludi wkoll fih lil Karl Bonaci li għandu esperjenza wiesa' fil-qasam tax-xandir, tat-tejatru u tax-xena mużikali lokali.

Il-finali ngħatat bidu b'medley ta' kanzunetti popolari Maltin b'arranġament mużikali ta' Geordie Debono. Segwew l-interpretazzjoni tat-18-il kanzunetta parteċipanti u spettaklu offrut mill-kast ta' Spectaculesque u wkoll Minik, bħala r-rebbieħ tar-raba' edizzjoni tas-Summer Hit Song Contest.

It-tħabbir tar-riżultati sar permezz ta' grafika magħrufa bħala scoreboard, fejn grazzi għall-aħħar teknoloġija wieħed seta' jsegwi l-voti tas-seba' membri tal-ġurija fuq l-iskrins. Il-ġurija, li kienet fdata bir-riżultat finali b'mod totali, kienet tikkonsisti lix-xandara Mireille Bonello, il-kantantawtriċi żagħżugħa Lyndsay Pace, il-ġurnalista, xandar u awtur George Cremona, il-kantanta u xandara Marisa D'Amato, ix-xandara u preżentaturi Daniel Falzon Mallia u Charlene Azzopardi u ppresieda l-mużiċista u kompożitur Heathcliffe Balzan.


It-taqtiegħa tal-voti kienet waħda missielta sew hekk kif il-kanzunetti fl-ogħla pożizzjonijiet żammew distakk minimu għall-aħħar bejniethom u kollox seta' jinbidel ma' kull tħabbira ta' voti.

Ir-riżultat finali kklassifika l-kanzunetta PRETEND miktuba minn Renato Briffa u Doris Chetcuti b'interpretazzjoni ta' Odessa Green fit-tielet post;
Pretend - Odessa Green (Doris Chetcuti / Renato Briffa)
www.youtube.com/watch?v=fsJLlPjzV5Q

il-kanzunetta MY HERO miktuba minn Renato Briffa u Keith Zammit b'interpretazzjoni ta' Anna Azzopardi fit-tieni post
My Hero - Anna Azzopardi (Keith Zammit / Renato Briffa)
www.youtube.com/watch?v=L0jSmzkjMNQ

u rebħet din il-ħames edizzjoni tal-festival sajfi,
BACK TO miktuba minn Mark Scicluna u Emil Calleja Bayliss b'interpretazzjoni ta' Domenique Azzopardi.
Back To ... - Domenique Azzopardi (Emil Calleja Bayliss / Mark Scicluna)
www.youtube.com/watch?v=_tuTQACKBng

Il-kanzunetta OVERBOARD interpretata mid-duo Audrey Marie u Rita Pace rebħet il-vot tal-pubbliku bi 33% tal-voti kollha li daħlu, liema votazzjoni kienet ilha miftuħa mit-tieni ġimgħa ta' Lulju u baqgħet miftuħa tul is-sensiela kollha tas-Summer Hit Song Contest 2014. Kien iddikjarat minn Karl Bonaci u Deo Grech li Audrey Marie u Rita Pace ngħataw id-dritt li daħlu awtomatikament bħala finalisti għall-edizzjoni tas-Summer Hit Song Contest 2015 bħala premju tar-rebħa tagħhom fil-vot tal-pubbliku.
Overboard - Audrey Marie Bartolo & Rita Pace (Rita Pace)
www.youtube.com/watch?v=3AKPTwzFkVo

Il-kanzunetta FIRESPELL miktuba minn DJ Toby u Natasha Turner b'interpretazzjoni ta' Mauro ikklassifikat fit-tieni post skont l-għażla tal-pubbliku
Fire Spell - Mauro Kitcher (DJ Toby Farrugia / Natasha VellaTurner)
www.youtube.com/watch?v=yOnDZbdzdLQ

filwaqt li l-kanzunetta PRETEND miktuba minn Renato Briffa u Doris Chetcuti b'interpretazzjoni ta' Odessa Green ikklassfikat fit-tielet post tal-għażla tal-pubbliku.
Pretend - Odessa Green (Doris Chetcuti / Renato Briffa)
www.youtube.com/watch?v=fsJLlPjzV5Q

Fi tmiem is-serata Deo Grech ħabbar li l-applikazzjonijiet u r-regolamenti għall-edizzjoni li jmiss se joħorġu fi ftit tal-ġimgħat oħra hekk kif inhu ppjanat li l-edizzjoni tal-2015 tkun ferm ikbar minn qatt qabel bi promozzjoni għall-artisti finalisti mifruxa saħansitra tul ix-xhur tax-Xitwa u tar-Rebbiegħa 2015.

Is-serata finali se tixxandar nhar is-Sibt 27 ta' Settembru mit-20:30 'l quddiem fuq F Living Channel u se sservi wkoll ta' tnedija għas-sit uffiċċjali ġdid tal-istazzjon

www.fliving.tv

Music News Malta Editor -- Joseph Portelli

More information about Summer Malta Hit Song Contest :

www.facebook.com/summerhitsongcontest

ON TOUR - BUY TICKETS NOW!

,

LATEST NEWS