Il-kanzunetti għad-39 Edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu ser jintlaqghu l-Ġimgħa 23 ta’ Jannar 2015. F’dan il-festival ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, il-lirika tingħata importanza daqs il-melodija, u l-kant u l-akkumpanjament iridu ikunu live. Ir-regolamenti u applikazzjoni jinstabu fis-sit tal-festival
www.ghanjafest.com .

Il-Ħamis 15 ta’ Jannar 2015 fis-7pm, il-Kumitat L-Għanja tal-Poplu flimkien mad-direzzjoni taċ-Ċentru għall-Kreattivita’ ser jniedu L-Għanja tal-Poplu 2015. F’din l-okkażjoni ser jiġu interpretati kanzunetti mill-Għanja tal-Poplu, tingħata informazzjoni dwar L-Għanja tal-Poplu 2015, u wara jkun hemm reċiviment. Min jixtieq jattendi www.ghanjafest.com tal-festival. Id-dħul huwa mingħajr ħlas.

Is-serata finali ta’ L-Għanja tal-Poplu ser tittella’ fit-Teatru Sir Temi Zammit is-Sibt 21 ta’ Marzu. Id-disinn tal-Palk huwa fdat f’idejn is-Sur Ino Bonello. BESTEAM-Audio ser jieħdu ħsieb is-sound. Is-Sur Jimmy Grima iddizinja l-logo L-Għanja tal-Poplu 2015. Kemm id-diżinn tal-palk kif wkoll dak tal-logo għandhom xeħta lokali li tirrifletti n-natura ta’ dan il-festival.

L-Għanja tal-Poplu qed jitella’ flimkien maċ-Ċentru għall-Kreattiva, bil-kolllaborazzjoni ma’ Valletta 18, u bl-għajnuna tal-Malta Arts Fund.

Inħeġġu lill-artisti mużikali Maltin jipparteċipaw

Il-festival l-Għanja tal-Poplu huwa festa ta’ kanzunetti oriġinali bil-Malti, interpretati u akkumpanjati live. Is-serata finali tat-39 edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu ser issir is-Sibt 21 ta’ Marzu 2015 fit-Teatru Sir Temi Zammit, l-Universita’. It-tema tal-kanzunetta hija libera, u bħala Għanja tal-Poplu ninkoraġġixxu kanzunetti li jirreflettu l-ħsibijiet, ix-xewqat u l-gosti tagħna il-Maltin, bħala cittadini ta’ dawn il-gżejjer kif wkoll ċittadini tal-villaġġ globali.

Premjijiet: Ir-rebbieħ ta’ L-Għanja tal-poplu 2015 jingħata it-trofew L-Għanja tal-Poplu li jinżamm għall-sena flimkien ma’ elf ewro. Ir-rebbieħa u l-kantanti prinċipali tal-kanzunetti klassifikati fl-ewwel tlett postijiet jiġu ppreżentati bi trofej artistiċi. Ir-rebbieħ tat-tieni u t-tielet post jingħataw sitt mitt u erba’ mitt ewro rispettivament. Il-persuna jew grupp li tingħażel bħala l-aħjar kantawtur tiġi ppreżentata trofew flimkien ma ħames mitt ewro. Premjijiet speċjali oħra jinkludu premju għall-aħjar tema soċjali, premju għall-aħjar interpretazzjoni, u premju għall-aħjar talent żagħżugħ.

F’dan il-festival jistgħu jieħdu sehem dawk kollha ‘l fuq minn sittax-il sena. Il-kanzunetti għal din l-edizzjoni jintlaqgħu il-Ġimgħa 9 ta’ Jannar 2015 flimkien ma’ kontribuzzjoni ta’ 25 ewro. Min japplika jiġi mistieden jattendi għall-festival L-Għanja tal-Poplu. L-organizzatturi jilqgħu suġġerimenti mingħand il-parteċipanti rigward il-festival li jmiss. Ir-regolamenti dettaljati jitħabbru fi żmien qarib fuq dan is-sit ufuq www.facebook.com/GhanjaTalPoplu . Min għandu xi mistoqsijiet jew suġġerimenti jista’ jikkuntatjana fuq mobile 79923522/21683761.

Il-festival l-Għanja tal-Poplu 2015 qed jittella’ bl-għajnuna tal-Malta Arts Fund.

www.ghanjafest.com

ON TOUR - BUY TICKETS NOW!

,

LATEST NEWS